European Commission

Project Funding

The Consumer Classroom is an EU funded portal site for teachers across the EU to equip them with resources for teaching consumer educationRead more

European Commission Directorate Generals

DG Justice and Consumers
DG Education and Culture
DG for Research & Innovation
DG Communications Networks, Content and Technology
 

European Commission
see moreclose


Kważi kwart tal-ikel li nixtru jinħela u jintrema

Skont studju riċenti tal-NSO jirriżulta li bħala medja kważi kwart (22%) tal-ikel li nixtru Malta jispiċċa jinħela u jintrema. L-istess studju juri li l-ħela tal-ikel jammonta għal aktar minn 55% tal-iskart domestiku li jiġi ġġenerat mid-djar Maltin. “Dan il-ħela tal-ikel li jispiċċa jintrema jeħtieġ li jiġi indirizzat mhux biss permezz ta’ kampanja pubbliċitarja imma wkoll b’qafas legali li f’pajjiżna bħalissa ser ikun qed jiġi ppreparat ħalli b’hekk tiġi indirizzata din l-isfida”, qal l-Onorevoli José Herrera, Ministru Għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil Fil-Klima.

 

Dawn l-aħħar xhur, f’Malta ġiet introdotta l-borża tal-iskart organiku ma’ diversi lokalitajiet, fosthom ma’ Għawdex kollu. Bil-borża organika nistgħu nnaqsu serjament l-iskart mill-ikel li jispiċċa fil- landfills  u minflok dan l-iskart ikun jista’ jiġi pproċessat u minnu nipproduċu riżorsa oħra.

 

L-iskart iġġenerat mill-ikel huwa kontributur ewlieni ghall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-arja (GHG) u allura tat-tibdil fil-klima. Biex jonqsu dawn l-emissjonijiet, fost l-oħrajn, il-pajjiżi Membri tal-UE qed jintalbu biex sas-sena 2025 jitnaqqas l-iskart tal-ikel bi tletin fil-mija, waqt li sas-sena 2030 dan jonqos b’ħamsin fil-mija. Kull persuna huwa stmat li tiġġenera mal-180 kilo ta’ skart mill-ikel kull sena.

Tags:

Sign up Now!

  • Build lessons online
  • Do inter-school projects
  • Personalised login area
  • Rate and review resources

Create a lesson

BACK TO TOP

Go to the forums...

Information
We are sorry but we cannot execute your request. The page was not found.
We are sorry but at this moment you don't have access to execute the request ?
We are sorry but i cannot execute your request. A internal server error occurred